Il-Ġnien tal-Argotti inizjalment kien inħoloq bħala ġnien privat għall-Gran Mastru Pinto. Sar ġnien botaniku fl-1805. Illum dan il-ġnien fih speċi differenti ta’ siġar u pjanti li joriġinaw minn pajjiżi differenti tad-dinja, bħad- Draceana draco mill-Gżejjer Kanarji, Kap Verde, Madeira u l-Marokk tal-Punent jew l- Argania spinosa mil-Lbiċ tal-Marokk u l-Lbiċ ta’ Alġerja. F’ dan il-ġnien bħalissa qed jitħawlu speċi differenti ta’ pjanti li joriġinaw minn reġjuni differenti tad-dinja biex jinħoloq ġnien evoluzzjonarju. Il-pjanti ser jitħawlu skont il-familja tagħhom biex juru kif il-pjanti evolvew maż-żmien. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jitgħallmu dwar l-evoluzzjoni u d-diversità tal-pjanti, filwaqt li jgawdu l-atmosfera ta’ paċi fil-ġnien, flimkien ma’ karatteristiċi sbieħ bħall-għadd ġmielu ta’ funtani li fihom pjanti akkwatiċi.
