Il-ġonna tal-Argotti, San Filippu, Mall, Sa Maison, Milorda u l-Pinetum jiffurmaw spazji ħodor importanti, kull wieħed bil-karatteristiċi ambjentali uniċi tiegħu. Il-ħolqien ta’ network tal-Ġonna Botaniċi għandu jinvolvi l-interkonnessjoni ta’ dawn il-ġonna sabiex jifformaw żoni fejn il-viżitaturi jkunu jistgħu japprezzaw id-diversità tal-ħajja tal-pjanti u l-ħabitats differenti li jirrappreżentaw.

Gardens History

Il-ġonna tal-Argotti, ta’ San Filippu, tal-Mall, ta’ Sa Maison u tal-Milorda, li kollha jinsabu fil-Furjana, huma ġonna storiċi li nbnew bejn is-seklu 15 u s-seklu 19.

Dawn il-ġonna huma ta’ interess storiku kif ukoll botaniku kbir, minħabba d-diversi speċijiet ta’ pjanti li tħawlu fil-ġonna matul iż-żminijiet, il-preżenza ta’ siġar antiki sew u l-preżenza ta’ teżori storiċi u arkitettoniċi, inklużi għadd ta’ funtani. Il-ġonna huma wkoll ta’ interess militari minħabba li jinsabu matul is-swar militari li jifformaw il-linji tal-Furjana jew inkella l-glacis.

X’Għandna ġdid

Qed jitħawlu aktar pjanti li jifilħu għan-nixfa fil-Ġnien Niexef ġewwa San Fillippu. Ħames speċi ta’ Dasilyrion – pjanti perenni tax-xewk u bil-weraq dojoq, mill-Messiku, kif ukol siġra bil-fjuri roża, Ceiba speciosa mill-Amerika t’ Isfel u Cassia eremophila, arbuxxell bil-fjuri sofor mill-Awstralja, ġew miżjuda mal-kollezjoni ta’ l-ispeċi.

Guided Tours

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit. Ut elit tellus, luctus nec ullamcorper mattis, pulvinar dapibus leo.

Lorem ipsum dolor sit amet, consectetur adipiscing elit. Ut elit tellus, luctus nec ullamcorper mattis, pulvinar dapibus leo.

Proġetti ta' Riċerka