Il-Mall jew Ġnien Maglio nbena mill-Gran Mastru Lascaris fl-1656, bħala spazju rikreattiv għall-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Dan kien iddeżinjat bħala ġnien botaniku minn Sir Alexander Ball fl-1805, u aktar tard sar ġnien pubbliku. Illum, dan il-ġnien fih diversi monumenti u funtani u huwa kkaratterizzat minn siġar maturi li jappartjenu għal speċijiet differenti interessanti, bħal Tipuana tipu, li toriġina mill-Amerka t’Isfel jew Kigelia africana, li toriġina mill-Afrika tropikali. F’dan il-ġnien bħalissa qed jitħawlu diversi pjanti tal-fjuri li huma attraenti ferm għal insetti li jdakkru, bħal naħal, friefet, baħrijiet u xi speċi ta’ dubbien. Il-ġnien għalhekk se jiġi kkonvertit fi ġnien għad-dakkara. Il-viżitaturi għandhom jitgħallmu dwar l-importanza tad-dakkara fil-ħajja ta’ kujum tagħna, ir-riskji u t-theddid li qed jipperikolaw il-ħajjiet ta’ dawn il-gruppi ta’ insetti importanti u jitgħallmu wkoll japprezzaw u jammiraw id-diversità tal-pjanti tal-fjuri u s-sbuħija tal-fjuri tagħhom.


