Il-Ġnien ta’ Sa Maison u l-Ġnien Tal-Milorda huma ġonna konnessi. L-ewwel wieħed ħa ismu mis-sur li nbena fuqu, is-Sur ta’ Sa Maison. Tal-aħħar hu msemmi għal Lady Julia Lockwood, li bdiet tikri d-dar u l-ġnien kull sena fl-1842. Iż-żewġ ġonna għandhom karatteristiċi interessanti, bħall-Gardjola (vedetta) li tinsab fil-quċċata tal-Ġnien tal-Milorda, u veduti tal-Port ta’ Marsamxett u l-yacht marina ta’ Ta’ Xbiex. Il-ġonna fihom ukoll għadd ta’ siġar maturi, fosthom speċijiet interessanti, bħal Meryta spp., li tinsab fid-daħla għall-ġonna. Minħabba l-kundizzjonijiet ambjentali differenti taż-żewġ ġonna, wieħed għad-dell u protett u l-ieħor espost u kostali, fiż-żewġ ġonna għandhom jitħawlu speċijiet differenti ta’ pjanti biex jinħolqu ġnien għad-dell u ġnien kostali. Se jsir restawr estensiv taż-żewġ ġonna biex jiġu rrestawrati l-mogħdijiet, il-ħitan tas-swar u d-diversi funtani u bjar li jinsabu fil-ġonna. It-tħawwil għandu jibda wara li titlesta l-fażi tar-restawr. Ladarba jitlesta, il-viżitaturi għandhom ikunu jistgħu jitgħallmu dwar l-ispeċi ta’ pjanti li huma adatti għal kundizzjonijiet ta’ dell u għal ambjenti kostali.

